Raġel ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident li seħħ il-Ġimgħa filgħaxija fi Triq San Pawl, fin-Naxxar għall-ħabta tas-sitta.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef kontroll tal-karozza tat-tip Audi TT u ħabat ġo ħajt.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li ngħata l-assistenza minn tim mediku.
F’inċident għal kollox separat, raġel ta’ 27 sena minn Ħal Luqa weġġa’ gravi meta għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ dalgħodu kien involut f’inċident fi Triq Nazzjonali fil-Furjana.
Is-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u daħal ġo siġra.
Hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi fl-isptar Mater Dei wara li ngħata assistenza minn tim mediku.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dawn il-każijiet għadhom għaddejjin.