Ħames immigranti, li kienu abbord dgħajsa, u li kienu qed jippruvaw jaqsmu bejn ir-Renju Unit u Franza, tilfu ħajjithom, wara li d-dgħajsa li kienu fuqha, iffaċċjat xi diffikultajiet.
Din id-dgħajsa ġiet irrappurtata li kienet fi stat ta’ diffikultà, għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħamsa minn dawn l-immigranti, li kienu qed jaqsmu f’ilma ffriżat, ġew iċċertifikati mejta, filwaqt li persuna oħra, li qed tbati minn ipotermja, tinsab f’qagħda kritika.