Tliet persuni mejtin u oħra midruba hekk kif nar ħakem lukanda qrib triq popolari għat-turisti fil-kapitali Tajlandiża, Bangkok, il-Ħadd bil-lejl.
Skont il-Puizija, it-tliet persuni li tilfu ħajjithom huma kollha turisti, raġel mill-Ukrajna u ieħor mill-Istati Uniti, flimkien ma’ mara mill-Brażil. Waqt li vittma minnhom mietet fuq il-post, it-tnejn oħra tilfu ħajjithom kawża tal-ġrieħi hekk kif kienu fi triqthom lejn l-isptar.
Il-kawża tan-nirien, li ħakmu l-ħames sular tal-lukanda Ember, għadha qegħda tiġi investigata.