13–il persuna, b’seba’ minnhom studenti tilfu ħajjithom f’attakk li sar fl-Universita Amerikana ta’ Kabul.Ma’ dawn kienu vittmi wkoll tliet pulizija u uffiċjali tas-sigurtà kif ukoll tnejn minn dawk li kienu qed jattakkaw din l-Università.
L-attakk beda nhar l-Erbgħa tard filgħaxija u dam madwar għaxar siegħat.
Matul dan il-ħin kollu kienu għadd ta’ dawk l-istudenti li fuq diversi meżżi soċjali esprimew l-għajjut tagħhom.
Saħansitra b’uħud minnhom jaħsbu li din kienet se tkun l-aħħar ġurnata tagħhom.
F’dan l-attakk kienu midruba ħamsa u tletin student u disa’ pulizija. Iżda ġew salvati madwar seba’ mija u ħamsin persuna li kienu fil-bini.
Sa issa għad mhux konfermat liema grupp kien wara dan l-attakk terroristiku .