Mijiet ta’ passiġġieri kellhom jirritornaw id-dar wara li f’lejlet il-Milied tħassru t-titjiriet kollha minn u lejn Sqallija kawża tal-iżbroff tal-Vulkan Etna.
One news jinsab informat li t-titjiriet tal-Airmalta li kellhom jitilqu ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ġew ikkanċellati wara li ngħalaq l-ajruport ta’ Sqallija.
Kawża ta’ dan il passiġġiera kollha tniżżlu minn fuq l-ajruplan u ftit tal-ħin wara ġew mgħarrfa li t-titjiriet ġew ikkanċellata.
Dan wassal biex inħolqot ftit tal-kommossjoni fl-ajruport b’uħud mill-passiġġiera Sqallin jitolbu li jiġu kkumpensati għall-vjaġġ lura lejn il-lukanda.
Passiġġiera oħra reġgħu qabdu triqthom lejn id-dar u mistennija jħallu Malta għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu. Intant għexieren ta’ Maltin li kellhom jiġu lura Malta lbieraħ ukoll intlaqtu ħażin mill-iżbroff tal-Vulkan hekk kif l-awtoritajiet Sqallin għalqu l-ajruport ta’ Katanja minħabba raġunijiet ta’ sigurta.