Kull manifestazzjoni pubblika tad-Duluri u dawk marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa tħassru nkluż il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u dawk bi Kristu Irxoxt.
Ikkonferma dan ma’ one.com.mt il-President tal-kulleġġ tal-kappillani Dun Mario Mangion.
L-Arċipriet tal-Kolleġġjata tal-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi spjega kif il-kongregazzjoni għall-kult divin u d-dixxiplina tas-sagramenti ħarġet digriet rigward il-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Id-digriet jgħid li d-direttivi rigward iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa f’Malta se jiġu kkomunikati fil-jiem li ġejjin.
Dun Mangion spjega ma’ ONE News li kien pass li jobdi d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa fuq attivitajiet tal-massa.
Qal li dan id-digriet kien importanti bħala mezz ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-coronavirus.