L-Air Malta ħabbret li, minħabba restrizzjonijiet u limitazzjonijiet li għad hemm fl-Ajruport ta’ Katanja, kellhom jitħassru t-titjiriet kollha li kienu skedati għat-22, it-23, l-24 u l-25 ta’ Lulju.
Fi stqarrija, il-linja nazzjonali tal-ajru ħabbret li dawn huma t-titjiriet kollha li tħassru:
- 22 ta’ Lulju KM640 minn Malta għal Katanja (tluq fis-06:00);
- 22 ta’ Lulju KM641 minn Katanja għal Malta (tluq fis-07:25);
- 23 ta’ Lulju KM640 Malta għal Katanja (tluq fis-06:00);
- 23 ta’ Lulju KM641 minn Katanja għal Malta (tluq fis-07:25);
- 24 ta’ Lulju KM642 minn Malta għal Katanja (tluq fl-22:00);
- 24 ta’ Lulju KM643 Katanja għal Malta (tluq fil-23:25);
- 25 ta’ Lulju KM642 Malta għal Katanja (tluq fl-22:00);
- 25 ta’ Lulju KM643 Katanja għal Malta (tluq fil-23:25).
Il-kumpanija qalet li l-passiġġieri li jixtiequ jerġgħu jibbukkjaw biljetti għal titjira oħra f’data oħra jew jibdlu d-destinazzjoni tagħhom jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntattjaw il-call centre tagħha fuq (00356) 21662211. Dan ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sat-20:00 u s-Sibt u l-Ħadd mit-08:00 sas-18:00.
Il-passiġġieri li kellhom xi waħda minn dawn it-titjiriet diretti mal-Air Malta u jixtiequ jieħdu flushom lura għandhom jibgħatu imejl fuq refundrequest@airmalta.com.
F’każ li wieħed ikun ibbukkja t-titjra tiegħu permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar, allura għandu jerġa’ jagħmel kuntatt mal-aġent, li min-naħa tiegħu jitlob il-flus lura f’isimhom.