Matul dan tmiem il-ġimgħa, li kellu jkun fost l-aktar bieżla għall-ajruporti, diġà ġew imħassra aktar minn 6,000 titjijra, b’elf minnhom tħassru llum, filwaqt li eluf oħra qed jittardjaw.
Dan kollu huwa kkawżat miż-żieda qawwija ta’ infezzjonijiet bil-varjant il-ġdid Omicron li fixkel l-operat ta’ bosta linji tal-ajru.
Saħħansitra, il-linji tal-ajru Delta, Lufthansa u United Airlines fost oħrajn qed joperaw b’nuqqas ta’ ħaddiema u għalhekk qed iwassal għal anke dewmien f’numru ta’ titjiriet.
Dan hekk kif ħafna mill-ħaddiema jinsabu fi kwarantina għal fatt li jew huma infettati bil-COVID-19 jew għax kienu esposti għal xi ħadd li huwa pożittiv bil-virus.