Bħala riżultat tan-nirien riċenti fl-ajruport ta’ Catania, għadu qed jiġu affettwati diversi titjiriet, fosthom tnejn tal-Air Malta li kienu skedati għal-lum.
Fi stqarrija, l-Air Malta ħabbret lil passiġġieri tagħha, li minħabba restrizzjonijiet u limitazzjonijiet li hemm fl-ajruport, kienet kostretta li tħassar żewġ titjiriet: KM644 minn Malta għal Katanja u KM645 minn Katanja għal Malta.
Il-passiġġieri li bbukjaw titjira dirett mal-Air Malta u jixtiequ japplikaw biex jieħdu l-flus lura għandhom jibgħatu email fuq refundrequest@airmalta.com. F’każ li wieħed ikun ibbukkja t-titjra tiegħu permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar, wieħed għandu jagħmel kuntatt mal-kumpanija, li min-naħa tagħha titlob il-flus lura f’isimhom.
Il-passiġġieri li jridu jerġgħu jibbukjaw biljetti għal titjira oħra jew id-data jew jibdlu d-destinazzjoni tagħhom jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntattjaw lil call centre tal-Air Malta 00356 21662211 li jkun disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa.