Tħassar il-festival ta’ Oktoberfest minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Dan minkejja li xi pajjiżi Ewropej qegħdin inneħħu gradwalment il-miżuri kontra t-tixrid tal-Coronavirus, dan billi qed jiftħu l-ħwienet u dan hekk kif in-numru ta’ persuni infettati bil-Coronavirus qiegħed jonqos.
Minkejja dan, għadhom ma jistgħux isiru attivitajiet tal-massa.
Dan l-avveniment jattira miljuni ta’ persuni u din is-sena kien se jsir bejn id-19 ta’ Settembru u l-4 t’Ottubru.