Jidher li x-xemx qed tagħmel f’qalbha hekk kif għada t-tfal jibdew l-iskola, fejn għalkemm s’issa mhux maħsub li tagħmel ix-xita, illum kienet imbassra u nistgħu ngħidu li żammet kelmtha.
Dan hekk kif dalgħodu l-gżejjer Maltin qamu għal temp ċlampu bis-sema lesta biex tibda tibki. Minn filgħodu t-taqtir tax-xita beda nieżel fejn aktar ma jgħaddi l-ħin, ix-xita bdiet tiżdied.
Minħabba l-maltemp li ħakem il-jum tal-Ħadd, bosta attivitajiet kellhom jitħassru fosthom l-airshow ta’ filgħodu li matulu jkun hemm l-ajruplani jintwerew fejn bħalissa dawn qed jiżżarmaw.
Fanatiċi tal-ajruplani jinsabu mdendlin dak hekk kif fis-13:00 mistennija tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-Airshow tal-lejla hux se jkun qed isir.
Intant il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta qed jappellaw lill-pubbliku biex isuqu b’attenzjoni, speċjalment li wara x-xita li għamlet diversi toroq ikunu mimlijin bl-ilmijiet.
Ritratt: Ryan Church