100 barrani bħalissa qed jitħarrġu fil-Malti u fl-Ingliż bħala parti mill-iskema tal-integrazzjoni.
Il-Ministru Helena Dalli żaret uħud mill-klassijiet li kienu qed isiru fl-MCAST u semgħet kif il-programm qed jagħti l-appoġġ kollu li dawn il-persuni għandhom bżonn.
One News huwa nfurmat li mhux anqas minn 75 nazzjonalità differenti bħalissa qed jimirhu fis-soċjetajiet tagħna u li sabu f’Malta t-tieni dar tagħhom.
L-aktar pajjiżi li minnhom ġejjin il-persuni li applikaw għall-iskema huma s-Serbja, is-Somalja, u l-Libja.
Il-maġġoranza ta’ dawn qed jgħixu fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u n-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Il-Ministru Dalli qalet li l-iskema qed issir ukoll grazzi għal fondi Ewropej ta’ madwar €2,000,000.
Il-proġett huwa parti mill-istrateġija tal-integrazzjoni li nieda l-Gvern fl-2018.