Illum l-Istitut Internazzjonali għall-Ġustizzja qed ifakkar it-tieni sena minn mindu kien imwaqqaf f’pajjiżna.
Jum li fih saret attivita’ li kienet indirizzata mill- Ministru għall-affarijiet barranin George Vella.
L-importanza li dan l-istitut internazzjonali kien stabbilit f’pajjiżna huwa rimarkat bir-referenza għalih bħala Institut.
Il-funzjoni tiegħu hija li jħarreġ ġudikanti, ambaxxaturi u avukati dwar il-mod ta’ kif għandhom jindirizzaw l-isfida tat-terroriżmu.