Clint Pace ta’ 35 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li pprova jittraffika madwar nofs kilogramma ta’ droga kokaina. Ir-raġel ftit tal-jiem oħra se jkun qed isir missier iżda huwa tressaq b’urġenza wara li lbieraħ filgħodu nqabad b’għadd ta’ boroż u kapsoli bid-droga.
Minkejja li l-avukat difensur talab il-ħelsien mill-arrest quddiem il-Maġistrat, il-prosekuzzjoni oġezzjonat minħabba l-gravità tar-reat. Bil-Qorti tiċħad it-talba tal-avukat għax ma kinitx sodisfatta li jistgħu jiġu ggarantiti l-kundizzjonijiet imposti.
Wara din id-deċiżjoni, d-difiża talbet lill-Qorti biex tawtorizza lil Pace biex jitħalla joħroġ mill-ħabs biex jagħti l-għajnuna lis-sieħba tiegħu fl-aħħar jiem ta’ tqala b’mod partikolari waqt il-ħlas, liema talba ntlaqgħet mill-Qorti.
Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tal-Prosekuzzjoni biex l-assi tal-imputat jiġu sekwestrati.