Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, ħabbar li wara li l-Gvern sema’ s-suġġerimenti, se jsiru sitt bidliet għal-liġi tal-istampa.
Il-Ministru Owen Bonnici ħabbar dan waqt sezzjoni ta’ Q&A mal-ġurnalisti u edituri tal-midja.
Dawn il-bidliet jinkludu t-tneħħija ta’ reġistrazzjoni ta’ news portals onlajn, ir-reġistrazzjoni għall-midja tradizzjonali se tkun fuq bażi volontarja, li kull min qed jagħmel attività ġurnalistika se jkollu s-sors tiegħu protett u li reġistratur se jkun awtonomu u l-bogħod mill-Gvern .
Fejn jidħlu danni l-Qorti se jkollha l-poter biex tara l-impatt li se jħallu fuq il-gurnalist u tgħarbel is-sitwazzjoni finanzjarja tal-ġurnalist jew kamra tal-aħbarijiet, dan qabel tagħti s-sentenza tagħha.
Tħabbar ukoll li meta Ministru se jagħmel konsultazzjoni, se tiddaħħal fil-liġi li qabel avviż legali jidħol fis-seħħ se jkun qed isir skrutinju.
Malli tħabbru, il-ġurnalisti laqgħu dawn l-emebdi b’mod pożittiv bil-Ministru Owen Bonnici jgħid li l-Gvern se jkompli jisma’.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal li meta l-abbozz jasal fi stadju ta’ Kumitat Parlamentari, ġurnalisti u edituri se jkunu mistiedna jattendu fil-Kumitat u jagħmlu l-interventi tagħhom.