F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tħabbru iżjed rilaxx ta’ miżuri u ġie kkonfermat ir-rilaxx ta’ miżuri oħra minn nhar it-Tnejn li ġej.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal kif madwar id-dinja, il-pandemija globali għadha qalila, iżda qal kif f’pajjiżna s-sitwazzjoni tinsab waħda stabbli, hekk kif matul il-jum tal-Erbgħa nstabu biss disa’ każijiet biss pożittivi.
Dan qed iwassal biex il-miżuri jistgħu jiġu rilaxxati, dejjem jekk il-każijiet jibqgħu stabbli.
Qal kif dawn il-miżuri qed jiġu rilaxxati b’mod xjentifiku u studjati.
Id-Deputat Prim Ministru qal kif min nhar it-Tnejn se jerġa’ jibda t-taħriġ u l-isport f’pajjiżna, it-tagħlim tal-arti u tal-MUSEUM.
Intqal kif it-Tnejn se jerġa jiftaħ il-monti, l-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex mingħajr restrizzjonijiet u r-ristoranti se jiftħu sal-5 ta’ waranofsinhar.
Mit-Tnejn 17 ta’ Mejju se jkunu qed jiġu rilaxxati miżuri li għadhom x’jaqsmu mad-djar tal-anzjani, fosthom ħruġ tal-anzjani.
Intqal kif il-Ministru għall-Anzjani Michael Farrugia fil-jiem li ġejjin se jkun qed iħabbar iżjed dettalji.
Mit-Tnejn 24 ta’ Mejju, ir-ristoranti mistennija jistgħu jibqgħu miftuħin sa nofsillejl u se jiftħu l-pixxini sat-8 ta’ filgħaxija.
Intqal ukoll kif se jinfetħu l-gyms, se jiftħu ċ-ċentri ta’ matul il-jum u se jibda l-isport li jinvolvi kuntatt ta’ ’l fuq minn 17-il sena.
Mill-ewwel ta’ Ġunju, id-Deputat Prim Ministru qal li pajjiżna se jkollu tragward importanti li jiftaħ għat-turiżmu b’mod sigur.
It-turisti li se jiġu f’pajjiżna jridu juru li tlaqqmu jew inkella jkollhom test negattiv eżatt qabel ma jivvjaġġaw.
Id-Deputat Prim Ministru qal kif dawn il-miżuri se joffru s-serħan il-moħħ.
Il-Ministru għas-Saħħa qal ukoll se jibdew it-tiġijiet sa mitt persuna fuq ġewwa u tlett mitt persuna fuq barra.
Qal kif dakinhar se jiftħu wkoll l-iskejjel tal-Ingliż.
Ġie mħabbar ukoll li mis-7 ta’ Ġunju imbagħad jiftħu s-swali taċ-ċinema, t-teatri u anki l-bars.
Il-Gvern aċċenna li dan ir-rilaxx jiddependi fuqna lkoll biex inżommu r-rata ta’ infezzjonijiet, baxxa.
Il-Ministru għas-Saħħa qal ukoll li mis-Sette Giugno, nies fir-ristoranti jiżdiedu għal sitt persuni ma’ kull mejda.
Se jiftħu l-każini u jibda l-isport ta’ timijiet, mingħajr spettaturi.
Chris Fearne qal kif se jiftħu l-ħwienet tal-gaming u l-iskejjel tas-sajf.
Id-Deputat Prim Ministru qal kif mit-28 ta’ Ġunju se jiftaħ l-isports għat-tfal kollha ta’ taħt is-17-il sena u se jibdew l-iskejjel tas-sajf.
Id-Deputat Prim Ministru qal kif fl-aħħar ta’ dan ix-xahar se jibda jintuża ċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Intqal ukoll li għaddejjin diskussjonijiet interni biex iċ-ċertifikat jintuża wkoll f’attivitajiet tal-massa.
Qal kif l-attivitajiet tal-massa mhux se jibdew fil-bidu tas-sajf, hekk kif wieħed irid ikun kawt.
Intqal kif fil-ġimgħat li ġejjin, se jkunu għaddejjin diskussjonijiet mal-Kurja biex il-festi ma jsirux kif nafuhom tradizzjonalment.