Tħabbru s-16-il finalist tal-festival tal-Għanja tal-Poplu, wara li l-mebri tal-ġurija semgħu l-40 kanzunetta magħżula minn 178.
L-Għanja tal-Poplu se tittella’ fis-7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra, dejjem skont kif jippermettu r-regolamenti maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Kanzunetti finalisti
Attakk Virtwali – Mark Cachia (Mark Cachia)
Fuq L-Ixkaffa – Sean Borg (Philippa Naudi u Bettina Muchmore)
Għada Jisbaħ Ukoll – Philip Vella u Maria Spiteri (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
Ħarstek – Rachel Lowell (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
Il-Bajtar Sar – Dario u Grecia Bezzina (Rita Pace, Dario Bezzina)
Is-Sirena Li Welldet it-Tama – Haley Azzopardi (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
Kunċert Impromptu – Thea Gauci u Nedved Galea (Rita Pace, Mark Cachia)
L-Għeneb il-Qares – Daniel Muscat Caruana (Rita Pace, Mark Scicluna)
Logħba Ċess – JAMM Band (Mark Cachia)
Logħba tal-Kaxxi – Karm Debattista (Pierre Bonnici, Karm Debattista)
Meta l-Lupu Jkun Bil-Ġuħ – Tiziana Calleja (Rita Pace)
Min Bagħtu Dan L-Għannej – David Joseph Sammut (Alfred C.Sant, David Joseph Sammut)
Nann! – Marija Bellia (Marija Bellia, Iona Dalli u Marija Bellia)
Niftakar – MeadowStrings (Mario Camilleri, Magdalene Farrugia)
Se Nirranġaw – Dominic Cini u Anna Azzopardi (Mark Laurence Zammit)
Uman – Nicole Hammett (Rita Pace)
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja l-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal, u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency.