Tħabbru r-rebbieħa ta’ din is-sena tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, li jingħata kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (il-KNK) bil-għan li jiċċelebra l-ogħla kisbiet fil-pubblikazzjoni tal-letteratura u r-riċerka f’Malta.
Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, irrimarka li minkejja numru ta’ sfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-pubblikaturi, xorta waħda n-numru ta’ sottomissjonijiet għall-Premju kien wieħed tajjeb.
Din kienet l-ewwel edizzjoni tal-Premju li inkludiet il-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti, u ssarrfet f’ċelebrazzjoni waħda tal-letteratura Maltija.
Ir-rebbieħa ta’ din is-sena huma dawn:
RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ: TYRONE GRIMA – FRAMMENTI
NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ: ĠORĠ MALLIA (ed.) – IL-ĦAMSIN: 24 AWTUR, 24 STORJA, IN-NUMRU 50
POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ: NADIA MIFSUD – VARJAZZJONIJIET TAS-SKIET
DRAMA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ: ALFRED BUTTIGIEG – L-INTERROGAZZJONI
TRADUZZJONI: MARY ROSE MIFSUD – ANNE FRANK: ID-DJARJU TA’ TFAJLA EDIZZJONI DEFINITTIVA
LETTERATURA MHUX FITTIZJA: ALFRED SANT – CONFESSIONS OF A EUROPEAN MALTESE: THE MIDDLE YEARS, 1975-1992
RIĊERKA ĠENERALI: CONRAD THAKE – ART NOUVEAU TO MODERNISM : ARCHITECTURE IN MALTA 1910-1950
RIĊERKA BIJOGRAFIKA U STORJOGRAFIKA: JESSICA MUSCAT – THE DARMANIN ARTISTS: DECORATIVE MARBLE PRODUCTION FOR THE BRITISH EMPIRE
PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA: KITE GROUP – THE DARMANIN ARTISTS: DECORATIVE MARBLE PRODUCTION FOR THE BRITISH EMPIRE
PREMJU GĦALL-AĦJAR AWTUR EMERĠENTI: MATTHEW SCHEMBRI
PREMJU POETA LAWREAT: NADIA MIFSUD
PREMJU GĦALL-KONTRIBUT SIEWI FIL-QASAM TAL-KOTBA U L-LETTERATURA: HENRY FRENDO
Il-Premju Terramaxka għat-Tfal u ż-Żgħażagħ
XOGĦLIJIET ORIĠINALI GĦAL TFAL TA’ BEJN 0–7 SNIN: AUNTY SAB, EMMA GALEA NAUDI (ILL.) – RIDE THE FEELING
XOGĦLIJIET ORIĠINALI GĦAL TFAL TA’ BEJN 8–12-IL SENA: MARIA BORG CREMONA, CARMEL BUSUTTIL, MATT STROUD (ILL.) – VJAĠĠ BIL-BALLUN
LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ: CLARE AZZOPARDI, NAOMI GATT (ILL.) – #NOĦLOMLIXIDARBA
XOGĦLIJIET MAQLUBA GĦALL-MALTI GĦAL TFAL TA’ BEJN 0–7 SNIN: CLARE AZZOPARDI – MUSTAĊĊI JIVVINTAHOM
XOGĦLIJIET MAQLUBA GĦALL-MALTI GĦAL TFAL TA’ BEJN 8–12-IL SENA: NOEL TANTI – VRUMM! L-ISTORJA TAL-KAROZZI
LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TRADOTTA: DWAYNE ELLUL – SHERLOCK, LUPIN U JIEN: IL-MISTERU TAL-WARDA ĦAMRA
PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA: MERLIN PUBLISHERS – MILA U L-ILJUN IR-RIEQED
Il-kotba rebbieħa u dawk finalisti se jkunu għall-bejgħ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, mit-23 sas-27 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (l-MFCC), Ta’ Qali
F’messaġġ mibgħut bħala filmat, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Clifton Grima, irringrazzja lil dawk kollha li qed iżommu s-settur ħaj minkejja d-diffikultajiet. Huwa feraħ lill-finalisti kollha, speċjalment lir-rebbieħa.