Ġiet organizzata t-tlettax-il ċerimonja tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat sabiex jingħataw rikonoxximent persuni u għaqdiet li jiddistingwu ruħhom fis-settur, fejn bil-kontribuzzjonijiet tagħhom huma jagħmlu soċjetà aħjar.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Ministru responsabbli mill-Volontarjat. L-avveniment kien marbut mal-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat, li matulha ġew imħabbra u ppreżentati sitt premjijiet.
Fost dawn hemm Tony Sammut mid-Dar tal-Providenza, li rebaħ il-Premju Nazzjonali Voluntier tas-Sena.
“Dan huwa unur kbir għalija li qed nirrapreżenta anke l-voluntiera kollha. Nixtieq li l-ewwel nies ngħid grazzi lill-voluntiera kollha tad-Dar Providenza, lil familja u l-ħbieb tiegħi tas-sapport kontinwu li tawni u nħeġġeġ lin-nies biex isibu ħeġġa biex jgħinu lil volontarjat tagħhom ħalli jkunu jafu xi tfisser din il-biċċa tax-xogħol.”
Tony Sammut, Voluntier, Dar tal-Providenza
Il-Ministru Farrugia fejn saħqet l-importanza ta’ din iċ-ċelebrazzjoni tal-volontarjat. Hija qalet li l-volontarjat huwa pilastru essenzjali għas-soċjetà, li jsaħħaħ il-kuntatti bejn il-persuni, jgħin lill-vunlnerabbli, u jispira tama fostna wkoll.
Iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Gertrude Buttigieg, qalet li dan il-Jum Internazzjonali tal-Voluntier huwa opportunità biex niċċelebraw il-ħidma ta’ eluf ta’ vountiera.