Fil-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-Iskart, il-Wasteserv ħabbret ir-rebbieħa tal-għaxar (10) edizzjoni tal-Malta Waste Reduction Awards, b’tema relatata mat-Tessuti Ċirkolari u Sostenibbli.
Il-parteċipanti kellhom juru l-inizjattivi tagħhom fuq it-tnaqqis tal-iskart u l-użu mill-ġdid tal-materjal u r-riċiklaġġ. Waqt iċ-ċerimonja ngħata rikonixximent lill-Kunsilli Lokali għall-isforzi tagħhom favur l-immaniġġjar til-skart.
Fost ir-rebbieħa ta’ dan l-avveniment kien hemm il-Kunsill Lokali tal-Kalkara, l-NGO Flimkien Għal Ambjent Aħjar, l-iskola Sekondarja ta’ San Nikola, il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant, il-kumpanija Parascandolo, u l-familja Ciangura.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Aġent President ta’ Malta, Frank Bezzina; il-Ministru responsabbli mill-Ambjent, Miriam Dalli, u l-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ, Richard Bilocca.