Tederick Wolfe ta’ Hibernians jinsab f’forma pożittiva fejn rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tal-Basketball tax-Xahar għat-tieni xahar konsekuttiv. L-iswingman minn Jackson, Arizona, kompla jimpressjona fit-tliet logħbiet li lagħab matul Frar, fejn ikkontribwixxa għal tliet rebħiet b’Hibs itemmu l-istaġun regolari fl-ewwel post tal-klassifika tal-BOV Basketball League. Wolfe kellu 46 punt mir-rebħa tat-tim tiegħu ta’ 91-82 kontra Depiro. Hawn huwa skorja 99 punt fi 3 logħbiet matul ix-xahar.
Janai Crooms ta’ Depiro ukoll rebħet it-tieni unur individwali ta’ dan l-istaġun wara li kisbet l-istess unur f’Novembru 2024. Il-plejer ta’ nazzjonalita Rwandana-Amerikana kienet l-aqwa skorer tat-tim tagħha fit-tliet logħbiet ta’ Hibernians matul Frar fejn kisbet total ta’ 70 punt u għenet lit-tim tagħha jibqa’ fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat.
Matthew Sammut ta’ Depiro Hoops rebaħ l-unur Individwali għal Frar tal-BOV Amateur League. Is-centre 6’2” huwa rebounder dominanti b’abbiltà li jikseb il-ballun taħt il-boards fejn kellu 53 rebound fl-4 logħbiet tiegħu matul Frar filwaqt li skorja wkoll 69 punt fil-proċess.
Stefan Abela, Manager CSR fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-Trofej għall-unuri tal-BOV Plejer tal-Basketball tax-Xahar lit-tliet rebbieħa.
L-appoġġ tal-Bank of Valletta għall-basketball lokali huwa xprunat mill-impenn tal-BOV lejn l-isport bħala parti mill-programm tal-Bank, li jinvesti lura fil-komunitajiet li fihom jopera, billi jappoġġa inizjattivi denji u jippromwovi stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha.