Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti li hija maħkuma mill-COVID-19, l-aġenzija għall-bini u l-kostruzzjoni ħabbret miżuri temporanji għal bennejja liċenzjati u għal dawk għamlu l-eżami u għaddew minnu.
L-aġenzija temporanjament qiegħda tissospendi l-applikazzjonijiet tal-eżami tal-bennejja, il-ħlas ta’ liċenzji ġodda, u t-tiġdied tal-liċenzji.
Fi stqarrija l-aġenzija qalet li għalissa mhux qed tkun qed iġġedded liċenzji skaduti. Minkejja dan, sakemm is-sitwazzjoni tistabbilizza ruħha, l-individwi affettwati ser jitħallew joperaw.
L-aġenzija qalet ukoll biex kemm jista’ jkun il-pubbliku ma jiffrekwentax l-uffiċini tal-aġenzija sakemm m’għandhomx appuntament skedat.