B’effett minn għada, 19 ta’ Novembru 2020, il-bordijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) se jkunu mqassmin kif imsemmija hawn taħt:
Iċ-Chairperson tal-bord tal-ODZ se jkun is-Sur Martin Camilleri, filwaqt li l-membri huma. Is-Sur Frank Ivan Caruana Catania u s-Sur Tony Borg.
Iċ-Chairperson tal-bord dwar Żoni tal-Iżvilupp se jkun il-Perit Claude Mallia. Il- Periti Anthony Camilleri u Mireille Fsadni, flimkien mas-Sinjura Stephania Baldacchino se jkunu membri ta’ dan il-bord.
Il-bord tar-Regolarizzazzjoni se jkun immexxi mill-Perit Elisabeth Ellul. Il-membri ta’ dan il-bord se jkunu Dr Pierre Hili, Dr Charles Grech u l-Perit Simon Saliba.