Fil-Forti Sant’ Anġlu fil-Birgu tħabbru l-finalisti f’seba’ kategoriji differenti għad-59 edizzjoni tal-Isport Malta Awards li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Frar.
Fost il-kategoriji hemm dawk tal-isportiv u l-isportiva tas-sena, l-uffiċjal tas-sena, il-kowċ tas-sena, it-tim tas-sena, u ż-żagħżugħ u żagħżugħa tas-sena.
Matul din iċ-ċerimonja s-semifinalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati wkoll b’ċertifikat kommemorattiv fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-isport Dr. Clifton Grima.
Is-Segretarju Parlamentari tenna li filwaqt dan l-avveniment jirrikonoxxi l-ħidma tal-atleti Maltin, iservi wkoll ta’ mira għall-atleti oħra sabiex jkomplu jġibu r-riżultati għal pajjiżna.