Dalgħodu fil-Mużew Marittimu l-Birgu tħabbru l-finalisti tal-Isport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Ħames finalisti f’kull kategorija barra fit-tim tas-sena fejn ħa jkunu sitta peress li kien hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta’ punti wara l-votazzjoni tal-ġurnalisti. Dan it-tħabbir sar waqt iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati lis-semi finalisti tat-tmien kategoriji. Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grima, iċ-Chairman ta’ Sport Malta Dr Luciano Busuttil u l-President ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef.
Finalisti Kategorija Żagħżugħa tas-Sena:
Mya Azzopardi – Għawm
Sarah Chouhal – Atletika
Francesca Curmi – Tennis
Helene Pellicano – Tennis
Tenishia Thornton – Weightlifting
Finalisti Kategorija Żagħżugħ tas-Sena:
Kayden Lagana – Ten Pin Bowling
Jake Muscat – Waterpolo
Nico Sciberras – Sparar
Richard Schultheis – Ibburdjar
Jeremy Zammit – Atletika
Il-Finalisti Kategorija Uffiċjal tas-Sena:
Julian Bajada – Sport Paralimpiku
Terry Camilleri – Snooker
Joe Caruana Curran – Waterpolo
Bernard Vassallo – Basketball
John Zammit – Ċikliżmu
Il-Finalisti tal-Kategorija Kowċ tas-Sena:
Jesmond Caruana – Weightlifting
Edward Caruana Dingli – Sport Paralimpiku
Gabriel dobre – Futsal
Karl Izzo – Waterpolo
Noel Mercieca – Kickboxing
Il-Finalisti Tim tas-Sena:
Tim tal-Luxol – futsal
Elusive 2 – Ibburdjar
Mr Whippy Racing Team – Motorsport
Tim Kampjonat Ewropew kompost minn: Tony Drago u Duncan Bezzina – Snooker
Tim tan-Nisa Kampjonat tal-Mediterran kompost minn: Sue Abela u Sara Xuereb – Ten Pin Bowling
Tim Nazzjonali tal-Irġiel – Waterpolo
Il-Finalisti tal-People’s Choice Award:
Claire Azzopardi – Atletika
Antonio Flores – Atleta Paralimpiku
Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel
Tenishia Thornton – Weightlifting
Jake Vella – Triathlon
Il-Finalisti Kategorija Sportiva tas-Sena:
Sue Abela – Ten Pin Bowling
Mya Azzopardi – Għawm
Eleanor Bezzina – Target Shooting
Lisa Marie Bezzina – Atletika
Yazmin Zammit Stevens – Weightlifting
Il-Finalisti fil-Kategorija Sportiv tas-Sena:
Keith Azzopardi – Kickboxing
gianluca Chetcuti – Sparar
Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel
Jordan Gusman – Atletika
Scott Muscat – Pool





