Tħabbru l-ewwel għaxar finalisti hekk kif illum ttella’ l-ewwel semi-finali tal-Eurovision Song Contest f’Lisbona.
L-għaxar pajjiżi li għaddew għall-finali huma l-Iżrael, l-Albanija, Ċipru, l-Irlanda, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija, l-Awstrija, l-Estonja, l-Litwanja u l-Finlandja.
Malta se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semi-finali li se jkun qed isir il-Ħamis li ġej biex b’hekk jintgħażlu l-aħħar finalisti biex jingħaqdu kollha flimkien għall-finali ta’ nhar is-Sibt.
Għall-finali tas-Sibt, apparti l-għaxar finalisti li ntgħażlu fl-ewwel semi-finali, hemm ukoll ħames pajjiżi li jkunu parti mill-finali b’mod awtomatiku li huma l-Ingilterra, Franza, l-Italja, il-Ġermanja u Spanja.
Filmat+Ritratt: Edward Montebello