Mark Zuckerberg, il-moħħ wara Facebook, ħabbar li se jkun hemm numru ta’ bidliet fil-portafoll tal-kumpanija b’rabta mal-pjattaformi soċjali fosthom Instagram u Whatsapp.
Id-dehra l-ġdida flimkien mat-tagħmir tekniku għall-apps huma risposta diretta għall-kritika ta’ kif il-kumpanija tipproteġġi d-data.
Zuckerberg qal li l-kumpanija qed tippjana biex tagħti prijorità l-privtatezza tal-klijenti.