F’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi, Infrastruttura Malta indirizzaw konferenza fejn ħabbru proġett ta riġenerazzjoni fil-ġonna ta’ Dar il-Kleru ġewwa Birkirkara.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg kien preżenti għal din il-konferenza u saħaq kif proġetti bħal dawn iservu biex jagħtu lura l-ispazji ħodor li ntilfu maż-żmien minħabba żvilupp neċessarju. Il-Ministru żied jgħid li b’dan il-proġett, Infrastruttura Malta se tkun ħawlet 20,000 siġra ġdida f’sentejn.
Intant, Monsinjur Anton Cassar, id-direttur ta’ Dar il-Kleru, saħaq kif proġetti bħal dawn, jagħtu lura l-ħajja lil żoni ta’ żvilupp kontinwu bħal m’hu Birkirkara kif ukoll jagħtu opportunità lir-residenti japprezzaw is-sbuħija naturali.
Ħeġġeġ ukoll lil iktar lokalitajiet biex jagħmlu l-istess minflok jiżviluppaw art vojta f’iktar bini.