Tħabbret it-tieni edizzjoni tal-Premju Nazzjonali għall-għarfien dwar id-Dimensja li se jsir fl-24 ta’ Settembru li ġej.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia, li qal kif dan se jsir wara nuqqas ta’ sena.
Dan l-avveniment se jsir hekk kif Settembru huwa x-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kundizzjoni tad-dimensja.
Dan il-premju jirrikonoxxi d-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li jagħmlu individwi, professjonisti u membri tal-familja li jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja.
Il-Ministru Farrugia qal kif in-nominazzjonijiet se jibqgħu miftuħa sas-6 ta’ Settembru li ġej.
Intqal kif f’din l-edizzjoni se jkunu ppreżentati tliet premijiet, b’dawn huma l-Kontribuzzjoni Eċċezzjonali fil-qasam tad-Dimensja, il-Premju tal-Informal Carer u l-premju għal persuni li jieħdu ħsieb il-kura primarja.