Iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tal-COVID-19 se jibda juri li persuna ħadet it-tielet doża tal-vaċċin, erbatax-il ġurnata wara t-teħid tad-doża addizzjonali.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa spjega li sabiex dan iċ-ċertifikat ikun iġġenerat, wieħed għandu jżur is-sit certifikatvaccin.gov.mt, isegwi l-istruzzjonijiet, iniżżel id-data tal-aħħar doża li ngħatat, u jagħfas “reprint”.
It-tielet doża tkun indikata awtomatikament ħdejn “numru fis-serje ta’ tilqim jew dożi”.
Intant, intqal ukoll kif sakemm kulħadd ikun irċieva l-istedina tad-doża addizzjonali, iċ-ċertifikat tal-vaċċin b’żewġ dożi se jibqa’ validu f’pajjiżna kull fejn hu mandatorju l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin, inkluż għall-ivvjaġġar lejn Malta.