ŻfinMalta ħabbret l-attivitajiet tagħha għall-istaġun li jmiss bejn din is-sena u s-sena d-dieħla.
Dan għamlitu waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Dar il-Mediterran fil-preżenza wkoll tal-Ministru għall-Kultura José Herrera.
F’konferenza tal-aħbarijiet li nkludiet ukoll żifna mill-isbaħ mill-artisti preżenti, id-Direttur Artistiku Paolo Mangiola rrimarka kif l-aħħar sentejn ikkaratterizzati mill-pandemija kienu ta’ sfida kbira għal dawk kollha li jaħdmu fil-qasam artistiku.
Madankollu sostna li dan ma waqqafx lil dan it-tim ta’ professjonisti milli jkomplu jaddattaw l-arti tagħhom għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom.
Huwa ddeskriva wkoll il-programm li hemm imħejji għax-xhur li ġejjin li se jinkludi fih ukoll żfin li jagħti iktar viżibilità l-kultura Maltija u Għawdxija.
Qal, “The first show starts in Gozo and we are making work inspired by a cosmological map created by Antonino Saliba back in 1500. So there are these small pieces connecting Maltese heritage culture to dance and this season really is all about that.”
Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Kultura José Herrera tenna li dan il-programm għax-xhur li ġejjin huwa wieħed ambizzjuż u li jinkludi fih 18-il preżentazzjoni.
Spjega, “Illum saret niċċa importanti tal-kultura tagħna allura apparti milli jagħmlu performances f’Malta jsiefru wkoll u jmorru on tour u jbiegħu l-kultura Maltija barra minn Malta u naturalment jkomplu jsaħħu l-identità Maltija lil hinn minn xtutna.