Il-Ministru għall-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħabbret proġett ta’ €40 miljun biex l-impjant ta’ San Luċjan fil-Qajjenza, f’Birżebbuġa, li kien jintuża għall-ħażna taż-żejt, jiġi riġenerat f’żona f’faċilitajiet ta’ rikreazzjoni għall-familji kollha u attrazzjoni ta’ investiment f’niċeċ ġodda.
Is-Siċċa, kif se jkun magħruf dan il-proġett, se joffri aktar minn 18,000 metru kwadru ta’ rikreazzjoni biex ikompli jingħata nifs ġdid lin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.
Il-proġett tas-Siċċa se jkun qed iservi ukoll bħala ċentru uniku, fil-qalba tal-Mediterran, għal riċerka u innovazzjoni għal industriji ġodda bhal dawk ta’ l-akwakultura, l-ekonomija l-blu u l-ekonomija ċirkolari.
Il-proġett ġie ddisinjat b’mod innovattiv minn kumpanija rinomata internazzjonali bl-isem ta’ Pininfarina, li mhux biss jikkumplimenta l-ambjent naturali tal-madwar imma juża miżuri naturali għal kundizzjoni ta’ klima aħjar fil-binja.
ONE News tkellem mal-Uffiċjal għoli fit-taqsima tal-Arkitettura fi ħdan Pininfarina.
Qal, “The project moves on 2 levels. The first is interaction with the local community to enhance Birzebbuga and the entire Southern part of the island. On the second level the project looks at a wider community of innovators across the entire mediterranean area to push Malta as a hub for the creative class.”
Min-naħa tagħha, il-Ministru Miriam Dalli qalet li l-proġett tas-Siċċa jista’ jkun katalista, li bl-eże mpju tiegħu jixpruna aktar żvilupp sostenibbli ta’ dan it-tip.
Fil-fatt spjegat kif sebgħin fil-mija tal-proġett se jitħaddem b’enerġija rinovabbli u sistemi ta’ enerġija effiċċjenti sabiex tintlaħaq il-mira sa’ massimu ta’ 70% ta’ l-użu ta’ l-enerġija rinnovabbli u sistemi ta’ energija efficjenti.
Nofs il-proġett se jkun għal użu rikreattiv u spazji pubbliċi.
Qalet, “Qegħdin inbiddlu żona industrijali li tniġġes għaliex hawnhekk kellek il-ħażna tal-heavy fjuwil oil għall-bunkering u minflok se nkunu qed nagħmlu proġett ta’ intrapriża sostenibbli u li se jattiraw proġetti li huma parti mill-blue economy, mill-green economy u anke mill-ekonomija ċirkulari fl-istess waqt li nagħtu spazju lin-nies biex jiġu jirrikrejaw ruħhom u jkun hawn anke proġetti edukattivi.”