Għal sena oħra, fix-xahar ta’ April se jerġa’ jsir il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar. Din l-attività annwali, li tattira eluf ta’ Maltin u turisti, tħabbret f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Port il-Kbir mill-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo.
Dan l-avveniment se jsir bejn it-13 u t-30 t’April. B’dan se jibda fil-festival tal-logħob tan-nar tal-art fuq il-Fosos tal-Furjana.
Imbagħad il-festival tal-logħob tan-nar tal-ajru se jsir fil-Port il-Kbir fl-20 u fl-24 t’April.
Fis-26 t’April se jsir f’Marsaxlokk, fis-27 t’April se jsir fin-Nadur u fit-28 t’April se jsir il-Mellieħa.
Imbagħad fit-30 t’April se jkun hemm il-lejl finali ta’ dan il-festival, fil-Port il-Kbir.
Il-Kap Eekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef spjega kif it-turisti li jiġu f’dan il-perjodu jfittxu dwar dan il-festival mill-isbaħ.
Il-Ministru Bartolo sostna li permezz ta’ dan il-festival qed ikompli jkun sostnut il-kultura u l-prodott turistiku ta’ pajjiżna.