Diversi protesti qed jittellgħu madwar il-Brażil dwar l-immaniġġjar tal-imxija tal-Covid-19 mill-President Jair Bolsonaro.
Fi Brasilia, eluf ingħaqdu flimkien quddiem il-Kungress b’għajta biex jitneħħa l-President u sejħu għal aktar dożi tal-vaċċin.
Id-dimostrazzjonijiet saru f’bosta bliet, fosthom Rio de Janeiro.