Ħmistax–il qalb ġeneruża żaru mijiet ta’ oqbra ta’ tfal ċkejknin li jinsabu midfuna fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Hemmhekk ħallewlhom santa u qronfla bajda simbolu tal-innoċenza li nsterqet minn ħalq id-dinja kmieni wisq.
Il-membri tal-isfida annwali ta’ Kilimanjaro huma diġà assoċjati mal-għajnuna li jagħtu liċ-ċkejknin l-iktar fil-bżonn f’żoni fid-dinja fejn it-tfal huma l-inqas ixxurtjati; iżda din id-darba ħassew li għandhom jagħmlu xi ħaġa fl-ambitu lokali.
Keith Marshall spjega kif “Tifel jew tifla speċjalment unfortunately f’dan il-każ, qed inħarsu lejn dawk li mietu qabel iż-żmien, qatt ma konna fil-pożizzjoni ta’ sapport u għajnuna, imma għall-inqas l-empatija u r-rispett huma żewġ elementi li qatt m’għandna nitilfu speċjalment fl-ambitu tat-tfal.”F’sittax–il sena, il-grupp lesta għaxar proġetti u ġabar madwar tmien mitt elf ewro li bihom bena ċentri ta’ matul il-jum u skejjel fl-aktar partijiet remoti tad-dinja bħall-Etjopja.
Bħalissa qed jiġi finalizzat proġett li kien ħadem fuqu Dun Ġorġ li din id-dinja fl-aħħar xhur; bil-għan li jgħinu tfal bi sfidi fiżiċi u jagħtuhom refuġju u protezzjoni.
Il-preparazzjonijiet għat-tnax-il edizzjoni ta’ din l-isfida għaddejjin ġmielhom.
Keith Vella qal li “Bażikament hija avventura fejn il-grupp se jitla’ muntanja ta’ 6,000 metru fit-Tanżanija pero fl-isstess ħin hija attivita li l iktar bicca imp hija intiza li tigbor 90,000 ewro biex tigbor ghal centru fl etijopja.”
L-isfida Kilimanjaro din is-sena tibda lejlet il-Milied; bil-membri mistennija jilħqu l-quċċata tal-muntanja lejn il-bidu tas-sena d-dieħla.