Il-bidu tax-xahar ta’ Novembru jġib miegħu tifkiriet ta’ persuni għeżież li m’għadhomx magħna f’din id-dinja.
L-Erbgħa, Jum il-Mejtin, tqaddset quddiesa b’suffraġju għal ruħ il-mejtin mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Il-quddiesa saret fil-Kappella taċ-Ċimiterju tar-Riżurrezzjoni f’Ħal Qormi u ntemmet bit-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju.
One News kien preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, u hemmhekk tkellimna ma’ nies li qasmu magħna l-ħsibijiet u l-ħsus tagħhom.
Kien hemm oħrajn li rriflettew magħna fuq il-fatt li, f’dan il-jum aktar mis-soltu, minbarra li niftakru fil-mejtin tagħna fit-talb tagħna, għandna niftakru wkoll fil-fatt li l-mewt hija realtà li jrid jgħaddi minnha kull maħluq.