Illejla ngħata bidu għall-istaġun tas-sajda tradizzjonali tal-Lampuki.
F’Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Clint Camilleri attenda għaċ-ċerimonja tat-tberik tad-dgħajjes u s-sajjieda.
L-istaġun tal-Lampuki se jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Diċembru, u kwazi 17-il elf kannizzata se jiġu ppreparati minn sajjieda Maltin u Għawdxin bi preparazzjoni għal dan l-istaġun.
Għall-ewwel darba din is-sena, il-Gvern dar postijiet pubbliċi biex inżarbu l-palm u bdew jitqassmu l-weraq lis-sajjieda.