Tifla ta’ 12-il sena ġiet stuprata minn ħabib tal-familja qabel ma qatilha billi waddabha ħajja minn 330 pied għoli.
Is-suspettat, Evgeny Bukharin ta’ 40 sena mir-Russja, offra li jrikkeb lit-tifla fuq mutur li jsuq fil-borra waqt li kienet qed tistenna tal-linja biex iżżur lil oħtha.
Iżda minflok ħadha għand oħtha, Viktoria Reymer ittieħdet fid-dar tiegħu fejn attakkha sesswalment, skond l-investigaturi.
Sfortunatament Viktoria tilfet ħajjitha kawża tal-waqa’ wara li sofriet ġrieħi f’rasha, sidirha u għonqha.
Is-suspettat qed jinżamm arrestat mill-Pulizija tar-Russja hekk kif l-investigazzjoni għadha għaddejja.