Missier stupra lil bintu wara li l-istess żagħżugħa fetħet qalbha miegħu u qaltlu li kienet gay. Il-missier stupraha u wara li ġie interrogat qal li wettaq dan l-att biex “juri” lil bintu li l-ħajja sesswali ma’ raġel hi ferm aħjar.
Il-missier. Li ismu mhux qed jixxandar biex tiġi protetta l-identità tat-tfajla, għandu 54 sena u jgħix Coventry fl-Ingilterra. Fil-Qorti tal-Ingilterra ntqal kif l-istess missier attakka lil bintu l-oħra wara aktar minn żewġ diċenji jabbużaha sesswalment.
Hu ngħata sentenza ta’ 21 sena ħabs wara li nstab ħati fuq tliet każijiet ta’ stupru li saru bejn is-snin tmenin u snin disgħin.
Il-Maġistrat qal li “din hi turija kif għalkemm għaddew diversi snin minn meta sar dan l-abbuż, il-vittma dejjem għandu jirrapporta, sabiex issir ġustizzja.”