B’fond ta’ ħamsin miljun ewro, l-iskema tad-diversifikazzjoni u l-innovazzjoni li tifforma parti mill-fond Ewropew tal-għajnuna għan-negozji, qed toffri l-opportunità lill-intrapriżi żgħar u medji biex ikabbru l-operat tagħhom u jinċentivaw aktar investiment.
SAW. Ltd, kumpanija fil-qasam tal-manifattura tal-għamara, ibbenefikat minn din l-iskema.
Wieħed mill-manigers ta’ din il-kumpanija spjega kif dawn il-fondi kienu essenzjali biex setgħu jinvestu f’makkinarju ġdid, u sostna li l-kumpanija rnexxielha tilħaq livelli ġodda ta’ kwalità fil-qasam ambjentali li jħabbtuha ma’ dawk internazzjonali.
“U hekk bħala risposta għal demand tal-market il-kumpanija kompliet tinvesti biex tkun f’livell ta’ playing field ma’ kumpaniji barranin li illum qed jikkompetu fis-suq lokali.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żar il-kumpanija u sostna li dan il-fond huwa l-forza li jsostni kumpaniji żgħar biex jifjorixxu fis-settur rispettiv tagħhom.
“Dan huwa wieħed minn dawk l-iskemi li hemm maħsuba għall-kumpaniji ta’ intrapiża żgħar u medji kif ukoll għal start ups fond li jammonta għal ħamsin miljun ewro illi permezz tiegħu ġew mgħejjuna l-kumpaniji.”