Raġel li fuq YouTube jippreżenta ruħu bħala ‘Langfocus’ huwa professur tal-lingwa li jivjaġġa ħafna u li jikteb dwar kull tip ta’ lingwa.
Iċ-channel tiegħu fuq YouTube jarawh eluf kbar ta’ nies, minbarra li għandu blog u paġna fuq Facebook. Jipprovdi pariri dwar kif wieħed jista’ jitgħallem lingwa malajr u b’mod effettiv.
Ftit ilu ħareġ filmat dwar il-lingwa Maltija, u l-aktar ħaġa li taffaxxinah hija din id-domanda: Il-Malti l-istess bħall-Għarbi?