Instabu l-katavri, tal-ħames persuni li kienu ġew irrapurtati nieqsa, fl-Alpi, fl-Isvizzera, wara sigħat twal ta’ tfittxijiet.
Dan filwaqt li għadhom għaddejjin it-tfittxijiet għas-sitt persuna.
Dan wara li dan il-grupp, li l-età tiegħu tvarja bejn 21 u 58 sena, ġie rrapurtat nieqes nhar is-Sibt, wara li kien telaq minn Zermatt.
Skont stqarrija mill-Pulizija, ħamsa minnhom instabu mingħajr ebda sinjal ta’ ħajja għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin ta’ filgħaxija.
Intqal ukoll li bħalissa, ir-reġjun intlaqat minn riefnu, silġ qawwi, u viżibilità ħażina, tant li ġew ikkanċellati wkoll xi titjiriet.