Il-bord tal-parole f’Kalifornja vvota sabiex jeħles mill-ħabs il-qattiel ta’ Robert F. Kennedy, li jiġi ħu l-eks President Amerikan J. F. Kennedy.
Kien Sirhan Sirhan li fl-1968 qatel kiesaħ u biered lill-kandidat presidenzjali Kennedy. Huwa ilu 53 sena fil-ħabs wara li spara lil Kennedy fi tmiem diskors li kien qed jagħmel f’lukanda f’Los Angeles.
Il-bord ra li r-raġel m’għadux ta’ theddida għall-pubbliku, filwaqt li dan lanqas ifisser li se joħroġ mill-ħabs b’mod liberu.
Id-deċiżjoni finali issa hija f’idejn il-Gvernatur ta’ Kalifornja.