Pulizija Amerikan se jkun qed ser il-Qorti Amerikana akkużat li spara u qatel raġel ta’ karnaġġjon skur il-ġimgħa li għaddiet f’Atlanta.
Garret Rolfe, li diġa’ tkeċċa mill-Korp tal-Pulizija Amerikana, qed jaffaċċja ħdax-il każ b’rabta mal-qtil ta’ Rayshard Brook’s. Jekk dan jinstab ħati quddiem il-Qorti Amerikana, l-eks uffiċjal tal-Pulizija jingħata l-piena tal-mewt.
Uffiċjali oħra li kienu fuq il-post ser ikunu qed jixhdu kontra l-akkużat.
Dan il-każ ġara propju fil-jiem li it-toroq ta’ ħdejn il-White House raw eluf ta’ dimonstranti li nġabru bi protesta favur in-nies ta’ karnaġġjon skur, fid-dawl tal-qtil ta’ George Folyd.
Bħalissa, kif tħabbar ilbieraħ mill-President Donald Trump, qed tiġi diskussa r-riforma fil-forzi tal-Ordni tal-Istati Uniti.