Is-Servizz tal-Kura Primarja ħabbar li minħabba azzjonijiet industrijali mill-MUMN, is-servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza jista’ jkun interrott f’numru ta’ lokalitajiet.
Fi stqarrija l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa qal li ladarba jitwaqqfu l-azzjonijiet tal-unjin tal-Infermiera u l-qwiebel, tissokta l-iskeda kif reklamata fil-jiem li għaddew.
Is-Servizz għall-Kura Primarja skuża ruħu għall-inkonvenjent, u appella biex min imur għat-tilqima jsegwi d-direzzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.