Il-Ġurnalist t’esperjenza Saviour Balzan żid jesprimi kemm kien iddiżgustat meta qara l-ittra ta’ Bernard Grech mibgħuta lit-Task Force t’Azzjoni Finanzjarja, l-FATF, li fiha indika li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża.
Balzan li ilu s-snin jirrapporta u janalizza żviluppi politiċi u ġrajjiet kurrenti qal li jissuspetta li wara l-ittra hemm id-daqqa ta’ Richard Cachia Caruana.
Quddiem l-involviment ta’ Cachia Caruana fil-Partit Nazzjonalista li mindu sar Kap Bernard Grech, reġa’ beda jiddetta, Balzan kiteb li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qed jaqra mit-teleprompter dak miktub lilu.
Intant l-editorjal tal-Maltatoday jinnota wkoll li f’mument daqstant sensittiv Bernard Grech għażel li jkun immatur u mifni fit-tribaliżmu.
L-editorjal stqarr kif din l-ittra kompliet tikxef l-immaturità politika ta’ Grech li f’mument sensittiv għażel li jħalli t-tribaliżmu politiku jmexxih anke għad-detriment ta’ pajjiżna.
L-editorjal kompla jinnota kif f’sitwazzjoni fejn hemm numru ta’ pajjiżi li għal skopijiet politiċi jridu jimxu b’riga ħarxa ma pajjiżna, dawn sabu lill-Kap tal-Oppożizzjoni jaħdem favurihom u jaħdem kontra Malta.
L-editorjal kompla jinnota kif Bernard Grech kien imur ħafna aħjar kieku pprova jkun ta’ sostenn għal pajjiżna lokalment milli jaħdem kontrih barra minn xtutna permezz ta’ ittra mqabbla ma’ postcard minn mexxej mifni fit-tribaliżmu politiku.
B’kuntrast mal-Gvern immexxi minn Robert Abela li fl-aħħar xhur għamel riforma wara l-oħra, fil-mument tal-prova l-Partit Nazzjonalista għal darba oħra reġa’ ħa pożizzjoni kontra pajjiżna u l-poplu Malti u Għawdxi.
L-editorjal itemm jinnota kif bi Gvern immexxi minn Robert Abela li jibqa jimplimenta r-riformi neċċessarji l-FATF għandha tkun konvinta b’pajjiżna.