Il-Protesti fil-belt kapitali Franċiża jissuktaw għal ġimgħa oħra konsekuttiva.
Id-dimostranti, taw in-nar lil ħanut ta’ hwejjeg u vvandallizzaw ristorant fit-triq magħrufa ta’ Champs-Elysees.
Il-Pulizija wżaw il-kanuni tal-ilma u l-gass tad-dmugħ biex jifirxu lid-dimostranti. Iktar min 120 persuna ġew arrestati.
Il-Protesti bdew fi protesta kontra iż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil u żvillupaw f’irvell kontra l-gvern immexxi minn Emanuel Macron, u dak li jqisu bħala l- partit elitist tiegħu.
Il-Pulizija qalu li kważi 10,000 persuna ħadu sehem, fil-protesti ta’ nhar is-Sibt fil-kaptiali, żieda sostanzjali meta kkumparat mad-dimostrazzjonijiet fl-aħħar ġimgħat.