Uffiċjali mill-Unjoni Ewropea, u mir-Renju Unit, issuktaw bid-diskussjonijiet bil-għan li jilħqu ftehim li jintlaħaq qbil fuqu mal-mexxejja, waqt summit importanti li se jibda għada fi Brussell.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jaġġorna l-Kabinett dwar il-progress li sar fin-negozjati li saru lbieraħ filgħaxija sa tard bil-lejl.
Rapporti fil-midja qalu li l-ftehim huwa imminenti, għalkemm sorsi tal-Gvern Ingliż qalu li kulma jmur qed tonqos il-possibilità li jintlaħaq ftehim din il-ġimgħa.
Johnson qed jaffaċċja ġirja kontra l-ħin biex jilħaq ftehim dwar Brexit qabel mal-mexxejja Ewropej jiltaqgħu għada fi Brussell għal summit ta’ jumejn.
Summit li qed ikun meqjus bħala kruċjali hekk kif Johnson se jkun kostrett jitlob estensjoni jekk ma jintlaħaqx qbil sas-Sibt.
Xi ħaġa li Johnson sostna kemm il-darba li ma jridx jagħmel biex Brexit iseħħ sal-aħħar t’Ottubru.
Ritratt: EPA