Uffiċjal għoli Ingliż speċjalizzat fl-atti kriminali relatati mal-pornografija fuq it-tfal għamel suġġeriment li ħasad lil bosta. Qal li n-nies m’għandhomx imorru l-ħabs jekk jinqabdu jħarsu lejn stampi pornografiċi ta’ tfal u ma jkunux ta’ theddida fiżika.
Il-kuntistabbli ewlieni Simon Bailey huwa irrapportat isostni li uffiċjali għandhom jiffokaw fuq dawk li verament jabbużaw mit-tfal jew inkella li jużaw l-internet biex iġiegħlu lil min ikun abbużiv. Bailey insista li dawk li jinqabdu jħarsu biss, għandhom jingħataw servizz ta’ counselling u riabilitazzjoni.
Sostna li l-ammont enormi ta’ rapport li dieħlin dwar abbuż sesswali qed iwassal biex is-sistema tal-Pulizija laħqet punt fejn ma tiflaħx iktar.