Ta’ kuljum, Transport Malta tkun għaddejja b’ħidma sabiex tassisti fil-moviment tat-traffiku f’pajjiżna. Permezz ta’ diversi cameras imqassmin fit-toroq u junctions ewlenin, l-uffiċjali ta’ Transport Malta jkunu qegħdin isegwu mill-qrib l-andament tat-traffiku f’pajjiżna.
Is-Sur Norbert Grech minn Transport Malta spjega kif il-komunikazzjoni bejn l-entitajiet kollha hija kruċjali fiż-żamma tal-ordni fit-toroq Maltin.
“L-għan tagħna huwa li ninfurmaw lir-road users kemm jista’ jkun malajr dwar il-kundizzjonijiet li niltaqgħu magħhom. Għandna diversi links diretti mal-Public Transport, Pulizija, LESA u enforcement tagħna ta’ Transport Malta sabiex nagħmlu kemm jista jkun ħajja faċli għal dak il-persuna li sejjer għax-xogħol”
Minbarra 27 camera, fis-snin li għaddew Transport Malta installat ukoll aktar minn 30 screen mat-toroq ewlenin li huma mqabbda ma’ dan iċ-ċentru. Bis-saħħa tagħhom, l-awtorità tista’ twassal messaġġ lis-sewwieqa u jgħinuhom jippjanaw aħjar il-vjaġġ tagħhom.
“Huwa importanti wkoll illi l-pubbliku jaqra il-VMs, l-iscreens li jaraw fit-toroq fejn fihom minn ġewwa t-traffic control centre inwasslu l-messaġġ li l-pubbliku hemm barra ikun jaf liema toroq ma jgħaddux minnhom. Jekk għandna accident ġewwa triq prinċipali aħna se ntellgħu avoid dik it-triq”.
Għall-ewwel darba wkoll, din is-sena Transport nediet servizz ta’ towing b’xejn għal dawk li tieqfilhom il-karozza f’nofs ta’ triq fl-aktar ħinjiet traffikużi tal-ġurnata.